Tfajliet Afgani ma ssemmewx dwar meta se jitħallew jattendu fi skejjel sekondarji, hekk kif it-Taliban ordna li huma biss il-ġuvintur u l-għalliema rġiel li se jkunu qed jirritornaw fil-klassi.
Dan tħabbar permezz ta’ dikjarazzjoni maħruġa mill-grupp Iżlamiku, fejn intqal li se jibdew il-lezzjonijiet fi skejjel sekondarji, iżda fl-ebda waqt ma ġew imsemmija l-istudenti bniet.
It-Taliban marru lura minn kliemhom, meta sa ftit tal-ġimgħat ilu qalu li mhux ħa jirritornaw fil-poter bl-istess regoli ħarxa li kellhom fis-snin 90.
Iżda, kollox qed jindika li dan mhux minnu, hekk kif il-Ġimgħa t-Taliban għalqu l-ministeru għall-affarijiet tan-nisa u minfloku hemm dipartiment li fl-imgħoddi kien jinforza liġijiet reliġjużi stretti.