It-Taliban mistenni iħalli 200 Amerikan u ċittadini oħra jitilqu mill-Afganistan fuq titjiriet mhux skedati.
Dan skont informazzjoni mxerrda minn uffiċjal Amerikan.
L-uffiċjal li tkellem mal-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet Reuters qal li l-Taliban kellu fuqu pressjoni biex iħalli titjiriet barra mill-pajjiż minn rappreżentant speċjali għall-Istati Uniti.
It-titjira mistennija titlaq matul il-jum tal-Ħamis mill-ajruport ta’ Kabul iżda dan l-uffiċjal ma qalx jekk dawn il-persuni jinkludux dawk li kienu tħallew fl-Afganistan lampa stampa minħabba li t-titjira tagħhom ma tħallitx titlaq mill-Afganistan.
Minn meta forzi mill-Punent telqu mill-Afganistan fl-aħħar jiem t’Awwissu, l-Istati Uniti u r-Renju Unit ħadmu biex isibu mod joħorġu mill-Afganistan lil dawk li għal xi raġuni jew oħra, ma rnexxielhomx.