Il-grupp Taliban, ordna lill-ħwienet relatati max-xagħar u s-sbuħija fl-Afganistan biex jagħlqu.
Id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż, kulma jmur qed imorru lura, speċjalment mill-2021, minn meta t-Taliban kisbu l-poter.
In-nisa u l-bniet huma pprojbiti milli jmorru l-iskola, gyms, parks, u anke milli jaħdmu man-Nazzjonijijet Uniti.
It-Taliban ordna wkoll li n-nisa fil-pajjiż, jilbsu b’mod li jkunu jidhru biss għajnejhom, u jridu jkunu akkumpanjati minn raġel qarib tagħhom, meta jivjaġġaw għal aktar minn 72 kilometru.
Dawn l-ordnijiet baqgħu fis-seħħ minkejja diversi protesti u appelli minn madwar id-dinja.
Din l-ordni, tal-għeluq tal-ħwienet tax-xagħar u s-sbuħija, kienet fis-seħħ ukoll bejn l-1996 u l-2001. Huma kienu nfetħu fl-2001, wara l-invażjoni Amerikana, fl-Istati Uniti.
Il-Gvern tat-Taliban għadu ma kkjarifikax ir-raġuni wara din l-ordni, jew jekk hux se jkun hemm alternattivi għal dawn il-ħwienet.
Ritratt: BBC