Waqt ċerimonja lussuża fil-Palazz Presidenzjali ta’ Kabul, il-gvern tat-Taliban laqa’ uffiċjalment lill-Ambaxxatur il-ġdid taċ-Ċina għall-Afganistan.
Dan l-avveniment sinifikanti juri l-impenn diplomatiku kontinwu taċ-Ċina mal-Afganistan, flimkien mal-Pakistan, l-Iran u r-Russja.
Waqt iċ-ċerimonja, il-Prim Ministru tat-Taliban, Mohammad Hasan Akhund, esprima l-gratitudni tiegħu hekk kif qed jantiċipa titjib tar-rabtiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li l-Ambaxxatur Ċiniż, Zhao Sheng, saħaq li ċ-Ċina għandha rispett lejn is-sovranità Afgana.
Iċ-Ċina, l-Afganistan u l-Pakistan riċentament laħqu ftehim biex jiġi estiż iċ-China-Pakistan Economic Corridor (CPEC) lejn l-Afganistan. Dan għandu jtejjeb l-konnettività u l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi.