It-Taliban qed jallega li għandu kontroll totali fuq l-Afganistan kollu wara li rnexxielu jikseb taħt idu il-provinċja ta’ Panjshir.
Din il-provinċja partikolari kienet l-aħħar żona fil-pajjiż li kienet taħt il-kontroll ta’ forzi ta’ reżistenza.
Kelliem għat-Taliban qal li ż-żona hija għalkollox maħkuma minnu u stqarr li nqatlu numru ta’ persuni filwaqt li oħrajn, ħarbu.
Għal din l-aħbar, il-grupp ta’ reżistenza qal li din l-allegazzjoni tat-Taliban hija falza u żied jgħid li l-forzi fi ħdan il-grupp ta’ reżistenza għadhom preżenti f’postijiet strateġiċi madwar il-provinċja biex ikomplu jiġġieldu.
Huma assiguraw liċ-ċittadini, li l-battalja tagħhom se tkompli sa meta l-libertà u l-ġustizzja jirbħu fuq kollox.