L-Amerika u għadd ta’ pajjiżi alleati tagħha talbu lit-Taliban biex jieqfu joqtlu eks membri tal-forzi tas-sigurtà Afgani.
Fi stqarrija konġunta, 22 nazzjon talbu lir-reġim iżlamiku biex iżomm mal-wegħda li kien għamel, jiġifieri li ma jagħmilx deni lill-eks ħaddiema tal-gvern jew tas-sigurtà.
Rapport maħruġ minn għaqda tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem jindika li f’temp ta’ erbgħa xhur, mindu t-Taliban ħataf il-poter tal-Afganistan, saru aktar minn 100 eżekuzzjoni u ħtif ta’ ħaddiema.
L-istess rapport jindika li mill-15 ta’ Awwissu sal-aħħar ta’ Ottubru, it-Talban qatel kważi 50 membru tal-forzi tas-sigurtà.