L-Universitajiet Afgani se jkunu qed jinqasmu skont il-ġeneru, filwaqt li se jiddaħħlu linji gwida ġodda dwar ilbies. Tħabbar dan mit-Taliban.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Abdul Baqi Haqqani indika li n-nisa se jitħallew jistudjaw, iżda mhux flimkien mal-irġiel.
Hu ħabbar ukoll li se jiġu riveduti s-suġġetti li ser jiġu mgħallma lill-istudenti.
Nisa u tfajliet kienu pprojbiti mill-iskejjel u Universitajiet taħt it-tmexxija Talibana bejn l-1996 u l-2001