It-Tajwan tgħid li lemħet bosta ajruplani u vapuri militari għaddejjin miż-żona tat-Tajwan, possibilment bi preparazzjoni għal xi attakk.
Dawn stqarru li l-flotta taċ-Ċiniżi qabżet it-territorju li jissepara dawn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li żiedu li huma ppreparati f’każ li din is-sitwazzjoni prevista sseħħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, huma ma speċifikawx l-ammont ta’ vapuri u ajruplani u l-militar Ċiniż għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija b’ rabta ma’ dan.
Dan kollu qed iseħħ fid-dawl taż-żjara li għamlet l-Ispeaker Amerikana, Nancy Pelosi ġewwa t-Tajwan. Pelosi żaret din il-gżira minkejja li l-amministrazzjoni ta’ Biden ma qablitx ma’ din iż-żjara.