Il-President tat-Tajwan Tsai Ing-wen mhux se tkun qed tbaxxi rasha għall-pressjoni miċ-Ċina filwaqt li se tkompli tmexxi bid-demokrazija hekk kif qed ikomplu t-tensjonijiet fuq il-gżira.
It-Tajwan iqis lilu nnifsu bħala stat sovran, iżda ċ-Ċina tqis il-gżira bħala parti mill-provinċji tagħha.
Minkejja li l-President Ċiniż Xi Jinping tenna li jixtieq illi t-Tajwan jingħaqad maċ-Ċina b’mod paċifiku, mhux qed jiġi eskluż illi dan isir bil-forza.
Tsai saħqet illi l-gżira li tmexxi ma tistax tmur fit-triq li stabbiliet għaliha ċ-Ċina għaliex dak ikun ifisser it-tmiem tal-libertà, id-demokrazija u s-sovranità fit-Tajwan.