It-Tajwan jikkundanna l-ftehim li sar bejn iċ-Ċina u r-Russja biex jagħtu sapport bla limitu lil xulxin.
Il-ftehim, li t-Tajwan iddiskrivieh bħala disprezzabbli, sar waqt laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja sigħat qabel il-ftuħ uffiċjalment tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa.
Vladimir Putin u Xi Jinping tennew l-appoġġ għal xulxin kontra l-Ukrajna u t-Tajwan filwaqt li tkellmu wkoll dwar kollaborazzjoni kontra l-Punent.
L-Amerika kkritikat il-laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja, filwaqt li saħqet li l-President Ċiniżi missu uża l-laqgħa li kellu ma’ Putin biex inaqqas it-tensjonijiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna.