Hekk kif Krathon naqqas ferm mill-qawwa tiegħu, il-belt ta’ Kaohsiung fin-Nofsinhar tat-Tajwan bdiet ix-xogħlijiet sabiex tnaddaf il-ħerba li ħalla warajh dan it-tifun.
Għalkemm fit-Tajwan, is-swieq finanzjarji reġgħu nfetħu u t-trasport kważi reġa’ lura għan-normal xorta għad baqa’ xi kanċellazzjoni ta’ titjiriet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iżda, il-gvernijiet tal-bliet ta’ Kaohsiung u Pingtung iddikjaraw ir-raba’ ġurnata suċċessiva bla xogħol hekk kif qed jippruvaw jeħilsu mill-ilmijiet, ineħħu s-siġar imwaqqa’ u jnaddfu t-toroq.
Is-sindku ta’ Kaohsiung qal li jittama li fi żmien qasir il-provista tad-dawl u l-ilma u t-trasport jerġaw lura għan-normal.