It-Tajwan qed jallega li fil-jum tas-Sibt 39 ajruplan militari Ċiniż invadew iż-żona ta’ difiża tal-ajru tal-pajjiż.
B’hekk dan jista’ jitqies bħala l-akbar attakk miċ-Ċina fl-istorja tat-Tajwan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għad-difiża tat-Tajwan qal li l-ajruplani daħlu fiż-żona darbtejn matul il-ġurnata, filgħodu u filgħaxija.
Dan l-aħbar tasal wara li l-Ġimgħa, 38 ajruplan li huma mgħammra b’bombi nukleari wkoll daħlu f’din iż-żona tad-difiża.
Iċ-Ċina tqis lit-Tajwan bħala provinċja iżda t-Tajwan iqis lilu nnifsu bħala stat sovran.