Tabib Malti mill-Msida li studja fl-Università ta’ Malta qiegħed jagħmel differenza f’ħajjet tfal fl-aktar mumenti vulnerabbi tagħhom u tal-ġenituri tagħhom.
Sirna nafu b’Edgar Brincat għaliex fuq il-mezzi tax-xandir internazzjonali ħarġet l-storja taċ-ċkejken Mylo. L-ewwel darba li Mylo McLean vjaġġa b’ajruplan kien meta kellu biss seba’ ġimgħat u qalbu kienet qiegħda tħabbat malajr ħafna.
Minħabba l-mod li bih kien qiegħed jirrispondi, ġismu kellu jkun marbut ma sodda tal-ambulanza, protett fuq kull naħa b’xugamani. Ommu Lianne tiftakar li l-paramediċi kienu nkwetati ħafna peress li kien żgħir immens biex jivjaġġa b’dan il-mod.
Mylo kellu bżonn kura urġenti minn speċjalisti fi Glasgow, u l-iktar mor veloċi biex iwassluh hemm minn Aberdeen kien permezz tal-ajru.
Il-ġenituri tiegħu kellhom isewgu l-air amubluance mill-art bil-karozza, b’għajn fuq it-triq u oħra fl-ajru, fi vjaġġ li beda fis-siegħa ta’ filgħodu. Mylo ingħata l-mediċina fl-isptar qabel ma walu l-ġenituri tiegħu.
Mylo għandu dik li tissejjaħ supraventricular tachycardia, kundizzjoni fejn il-qalb tħabbat b’rata mgħaġġla wisq. Dan iwassal biex il-ġisem jibda jieqaf jaħdem kif suppost – u li jasal għall-kura intensiva fil-ħin hija importanti ħafna sabiex jbqa’ ħaj. Normalment tfal żgħar tgħaddilhom din il-kundizzjoni meta jikbru, iżda qalb Mylo kienet ftit iktar diffikultuża. Infatti mill-ewwel titjijra ta’ emerġenza, kellu bżonn jittieħed l-isptar bl-istess mod erba’ darbiet. Issa jidher li Mylo qiegħed jaqleb għall-aħjar, u l-kundizzjoni tjiebet.
“Qiegħed jingħata l-aqwa kura u tobba minn madwar id-dinja qiegħdin janalizzaw il-każ tiegħu. B’hekk jista’ jgħin tfal żgħar b’kundizzjoni simili” stqarret ommu. U hawn jidħol it-tabib tat-tfal Malti li jaħdem fi Glasgow.
Dan għaliex Mylo kellu opportunità unika – dik li jiltaqa’ mat-tim mediku ta’ ScotSTAR li jgħinu jivjaġġa b’ambulanza meta jkollu bżonn il-kura. Huwa servizz li jingħata lil pazjenti vulnerabbli fl-Iskozja.
Permezz t’attività ta’ ġbir ta’ fondi, Mylo rnexxilu jiġbor fondi għas-servizz li jagħti t-tim mediku. Fil-bidu xtaqu jiġbru mqar £2000, imma spiċċaw ġabru xejn inqas minn £10,000. Flus li se jintużaw għal apparat speċjali li fih trabi u tfal żgħar ikunu jistgħu jkunu trasportati bl-ajru.
Mylo din id-darba vjaġġa bil-karozza u ltaqa’ mal-eroj tiegħu, u tagħhom il-flus li rnexxilu jiġbor. Illum tifel ikbar iffissat f’oħtu u ħuħ, The Hulk u d-dinożsawri, seta’ jpoġġi bilqiegħda fil-helikopter u jitkellem mal-ħaddiema dedikati.
Edgar Brincat, pedjatra Malti ta’ 39 sena li jaħdem fil-kura intensiva fi Glasgow u jieħu ħsieb it-tfal li jidħlu għall-kura hemm, qal li ħa gost immens jiltaqa’ ma’ Mylo.Sostna kemm huwa importanti li jkun hemm sistema ta’ trasport effettiva. Is-sodisfazzjoni hija evidenti fl-espressjoni tal-familja, hi u tiltaqa’ ma’ Mylo u l-familja tiegħu. Edgar jidher hawn bl-uniformi ħamra.
Ritratti: STV News