It-tabakk kollu li fih il-mentol se jkun ipprojbit kollu minn Mejju li ġej. Dan se jsir permezz ta’ direttiva tal-Unjoni Ewropea bil-għan li twaqqaf din is-sustanza li tittieħed miż-żejt tan-nagħniegħ selvaġġ biex jagħti togħma itjeb lis-sigaretti.
“L-aktar grupp ta’ nies li jistgħu jiġu afettwati mit-tipjip huma ż-żgħażagħ. Allura l-UE rat illi l-industrija qed tinfilza fis-suq dawn il-prodotti li jkollhom dawn il-flavours fosthom il-menthol. Il-mentol huwa wieħed mis-sostwitwenti li kien qed jiżdied fis-sigaretti li dawn kienu qed jikkaġunaw liż-żgħażagħ ikunu attracted iktar għal dawn it-tip ta’ sigaretti.”
Il-Professur Gauci kompliet tispjega li dan l-ingredjent jista’ wkoll iżid fil-konsum tas-sigaretti minħabba l-mod kif jaħdem fuq il-fisjoloġija tal-ġisem.
“Barra minn hekk il-mentol jiftaħ aktar l-airways allura meta inti tiftaħ l-airways ma jkollokx dak is-sensazzjoni li qed taqta’ nifsek allura s-sigaretti jkunu aktar attrajenti”
Is-Supretendent tas-saħħa pubblika spjegat ukoll li l-prodotti li jinstabu fis-suq jiġu ssekwestrati mill-Pulizija u dawk li jinqabdu ibiegħuhom u mistennija jseħlu multi li jammontaw sa elf ewro.