It-tmienja ta’ Settembru, pajjiżna qed jiċċelebra l-festa ta’ Jum il-Vitorja.
F’dan il-jum, pajjiżna jfakkar tliet rebħiet importanti fl-istorja tagħna l-Maltin.
Bħal-lum fl-1565, il-Kavallieri u l-Maltin rebħu fuq il-qawwa tal-Imperu Ottoman fl-Assedju l-Kbir, li kien ilu għaddej minn Mejju ta’ dik is-sena.
Dan hekk kif waslet l-għajnuna mingħand ir-Re ta’ Sqallija u qawwiet oħra Ewropej, f’dak magħruf bħala l-Grande Soccorso.
Wara din il-ġrajja, it-Torok ħallew il-gżejjer Maltin wara tliet xhur ta’ ġlied kontinwu madwar pajjiżna.
It-tieni assedju li għadda minnu pajjiżna u li huwa mfakkar f’din il-festa huwa dak tat-Tieni Gwerra Dinijija.
F’dan il-jum fl-1943, it-Taljani ċedew l-armi u kawża t’hekk waqaf il-bombardament mill-qawwiet tal-Assi f’din il-gwerra.
Apparti minn hekk fil-bidu ta’ Settembru tal-1800, il-Maltin rebħu l-qawwa Franċiża, hekk kif dawn ħallew pajjiżna wara sentejn ta’ imblokk.
Il-Franċiżi ssakkru fl-ibliet iffortifikati f’Settembru tal-1798, hekk kif il-Maltin kontrihom minħabba li kienu mxebgħin bis-serq mill-knejjes u anki kriżi bla preċedent fl-ekonomija.
Apparti dawn it-tliet ġrajjiet storiċi, fit-8 ta’ Settembru, il-Knisja Kattolika tfakkar il-festa ta’ Marija Bambina. B’din il-festa tkun iċċelebrata f’erba’ lokalitajiet li huma l-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra, Għawdex.