Mark Attard ta’ 39 sena mix-Xagħra Għawdex saq għal fuq il-bankina ta’ stabbiliment tad-divertiment fl-inħawi ta’ Marsalforn.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-2am ta’ filgħodu fi Triq il-Rabat f’Marsalforn.
Xhieda fuq il-post qalu ma’ one.com.mt li waqt li kienu qed jistennew sabiex jidħlu fl-istabbiliment, li dak il-ħin kien hemm għexieren ta ‘ nies ġo fih, raw karozza ġejja għal fuqhom.
Ix-xufier allegatament kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ.