Sewwieqa ta’ karozza, li kienet qed isuq bla liċenzja, twaqfet mill-Pulizija wara li ‘xorbot ħafna’.
Dan ir-ritratt li qed jidher fuq il-midja soċjali, juri tifla ċkejkna tiġi mwaqqfa mill-Pulizija fil-karozza tal-plastik roża tagħha. Il-Pulizija bdew jilgħabu ma’ din it-tifla u użaw il-breathalyser biex jaraw kinitx taħt l-effett tax-xorb.
Il-Pulizija staqsiet lil ġenituri jekk it-tifla kinitx taħt l-influwenza tal-alkohol u bid-daħka fuq wiċċhom wieġbu li t-tifla ħadet numru ta’ fliexken.
L-uffiċjali ħallew lil din is-sewwieqa titlaq hekk kif l-breathalyser indika li ma kinitx xorbot iżejjed.