Mara ta’ erbħgin sena minn Marsaskala sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular f’residenza.
Minn stħarriġ preliminari jidher li il-mara kienet nieżla sellum meta waqgħet sular.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imriekeb f’Marsaskala.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lil vittma lIsptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.