Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu waqgħet minn gallarija f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-05:00 fi Triq Dun Ġużepp Bonanno, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ, marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni, mara kienet waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari minn gallarija.
Il-mara li għandha 34 sena, residenti ż-Żurrieq, ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.