Mara ta’ 23 sena minn Ħal Tarxien sofriet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq l-Infetti fl-Imdina.
Skont stqarrija tal-pulizija, il-mara tilfet kontroll tal-Peugeot 206 u waqgħet madwar sular u nofs ġo għalqa.
Passiġġier mal-mara kien hemm raġel Franċiż ta’ 22 sena li joqgħod Marsaskala.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.
Ambulanza ħadet liż-żgħażagħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa u hemmhekk il-mara ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ġarrab ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.