Il-ġimgħa li għaddiet saret għall-ewwel darba f’pajjiżna il-proċedura ta’ Transsphenoidal Surgery permezz ta’ tagħmir ġdid, b’investiment ta’ madwar seba’ mitt elf ewro.
Din il-proċedura saret mid-Dipartiment tan-Newrokirurġija fl-Isptar Mater Dei, fuq pazjent ta’ 27 sena fejn kien qed isofri minn problemi fil-vista. Intqal kif wara numru ta’ testijiet irriżulta li l-vista tal-pazjent kienet sejra għall-agħar b’mod mgħaġġel.
Dr Jasmina Djukic mit-tim Malti, spjegat kif għalhekk saret proċedura endoskopika ta’ emerġenza.
Qalet, “Emergency endoscopic surgery through the nose was performed which basically resulted in immediate improvement of his vision and soon after resolution of headache.”
Il-konsulent Mark Gruppetta esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-proċedura kienet waħda ta’ suċċess anki għall-pazjent b’mod immedjat.
Qal, “Kuntenti ħafna li din il-proċedura saret għall-ewwel darba minn tim Malti kollu ovvjament dan ifisser li l-pazjent tjieb mill-aktar fis u malajr.”
Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela wkoll ingħaqad ma’ dan is-sentiment hekk kif irrigrazzja wkoll lill-professjonisti kollha kkonċernati.
Qal, “Kuntent u rikonoxxenti ħafna lejn t-tim ta’ speċjalisti li għall-ewwel darba f’Malta b’tim mediku Malti għamlu proċedura li jisimha Transsphenoidal Surgery, proċedura fuq il-moħħ. Qed nużaw hawnhekk investiment f’apparat li jlaħħaq is-seba’ mitt elf ewro. Speċjalisti mill-kirurġija, mill-mediċina, mill-anesteżija, mill-infermerija nirringrazzjahom ilkoll għall-biċċa xogħol magħmula sew.”