Aġġornat:
Permezz ta’ digriet li ngħata mill-Imħallef Aaron Bugeja ftit tal-ħin ilu, ġiet miċħuda t-talba tal-Lillu King sabiex jingħata l-ħelsien mill-arrest. B’hekk huwa se jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin.
Aktar qabel:
L-Imħallef Aaron Bugeja se jkun qed jagħti deċiżjoni dwar jekk Mohamed Elmushraty, il-Lillu King, għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest jew le.
Il-Libjan ilu minn Mejju li għadda arrestat fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin dwar akkużi ta’ frodi, evażjoni tat-taxxa u li pparteċipa f’organizzazzjoni kriminali.
L-Avukati Difensuri qed jgħidu li l-prosekuzzjoni mhix qed tipprovdi evidenza għal dan il-każ, bil-prosekuzzjoni tgħid li dan huwa każ sensittiv u jekk jinħareġ mill-ħabs tibqa’ l-biża’ ta’ ntralċ tal-provi.
Id-difiża qalet ukoll li se tressaq rikors sabiex il-maġistrat Donatella Frendo Dimech tirrikuża ruħha mill-każ wara li skonthom għamlet osservazzjoni li kienet skorretta.