F’dawn l-aħħar tlett ijiem f’pajjizna itelgħet laqgħa tal-Euro-Med Justice. Dan huwa programm iffinanzjat minn Fondi Ewropej, bl-għan ewlieni jkun sabiex l-Unjoni Ewropea tiġġieled il-kriminalità.
Din il-laqgħa ġiet indirizzata miIl-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici. Il-Ministru Bonnici beda sabiex faħħar il-ħidma tal-Euro-Med Justice, u qal li pajjiżna dejjem ħaddem id f’id u ikkopera flimkien ma’ pajjiżi Ewropej oħra għall-ġlieda kontra l-kriminalità.
Żied li Malta għandha missjoni ċara li jkun hemm kooperazzjoni u fiduċja bejn il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-kriminalità.
Il-Ministru Owen Bonnici irringrazzja lil Euro-Med Justice talli għamlu din il-laqgħa f’pajjiżna.