Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu ppresieda laqgħa interministerjali dwar il-Coronavirus li matulha pparteċipaw diversi Ministri u rappreżentanti tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.
Fil-laqgħa dwar din l-imxija ħadu sehem il-Ministri Edward Scicluna, Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista flimkien ma’ bosta uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa.