Sorsi qrib l-investigazzjonijiet li qed isiru qalu li x-xufier ta’ 24 sena li lbieraħ kien qed isuq id-double decker bit-turisti għadda l-jum tal-lum fid-Depot fil-Floriana minħabba interogazzjonijiet tal-pulizija.
Dan l-inċident sfortunat ħalla żewġ persuni mejta u bosta oħra midruba, bil-vittmi jkunu Spanjol ta’ 37 sena u Belġjan ta’ 62 sena.
Tlieta mill-erba’ persuni li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għadhom f’qagħda kritika
Jidher li dalgħodu saret l-awtopsja fuq wieħed mill-vittmi filwaqt li l-awtopsja l-oħra saret qrib nofsinhar.
Aktar informazzjoni malli taslilna.