Ilbieraħ saret l-ewwel titjira tal-ajru bejn l-Italja u l-Libja, wara waqfien ta’ għaxar snin.
Dan hekk kif ajruplan tal-ITA Airways tal-Italja nieżel fl-Ajruport ta’ Mitiga fi Tripli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din it-titjira tħabbret il-Ħadd li għadda, mill-Prim Ministru Libjan, Abdul Hamid Dbeibah, waqt li kien qed jattendi l-konferenza Internazzjonali li saret f’Ruma.
L-Italja segwiet lil Malta, wara li l-ewwel titjira minn pajjiżna għall-kapitali Libjana saret f’Settembru tal-2021.