Il-Kumitat tal-Malta Employees Sports Association b’kollobarazzjoni ma’ Sport Malta organizza l-ewwel tellieqa fuq distanza ta’ 5km fl-inħawi ta’ Hal Safi wara waqfa twila minħabba l-pandemija u numru ta’ restrizzjonijiet li kienu fis-seħħ. F’din it-tellieqa pparteċipaw numru l-fuq minn 60 atleta.
Ix-xita u t-temp ikrah ma waqfux lill-atleti milli jikkompetu f’isem il-kumpanija jew id-dipartiment tagħhom. Din kienet l-ewwel waħda minn serje ta’ erba’ tlielaq li minnhom joħroġ ir-rebbieħ f’diversi kategoriji differenti.
Ir-rebbieħ overall kien Andrew Grech, li rrappreżenat lill-korp tal-pulizija segwit minn Alan Camilleri u Keith Galea, li t-tnejn kienu qed jirrappreżentaw lid-dipartiment ta’ L-Edukazzjoni u Sport.
Fil-kategorija tan-nisa kienet Paula Briffa ukoll mid-dipartiment tal-Edukazzjoni u Sport li daħlet fl-ewwel post overall.
It-tieni tellieqa organizzata mill-Malta Employees Sports Association ser tkun għal nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu fl-inħawi ta’ Ta Qali.
Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jikkuntatja dirett lil kumitat tal-MESA. L-għan prinċipali tal-MESA dejjem jibqa’ sabiex nħeġġu aktar nies minn dipartimenti u kumpanija differenti jikkompetu fid-diversi avvenimenti minn dixxiplini differenti li tkun qed torganizza l-istess assoċjazzjoni minn żmien għal żmien.