Nhar il-Ħadd li għadda saret l-ewwel edizzjoni tal-Maypole Family Run /Walk f’Għar Barka fir-Rabat.
Ghal dan l-avveniment irreġistraw xejn inqas minn 220 atleta. Kull min ħa sehem f’din il-maratona kien qed jikkontribwixxi biex tingħata donazzjoni lill-Action for Breast Cancer Foundation, li fil-preżent għaddejja b’xiri ta’ magni Cool Caps li jgħinu lill-pasahibs li jkunu għaddejin minn sessjonijiet ta’ kimoterapija ħalli ma jitilfux xagħarhom waqt it-trattament.
Minkejja temp xejn favorevoli, kien hemm attendenza sabiħa li bi ħġarhom attendew għal din l-attività.
Fil-ġirja fuq rotta ta’ 5 kilometru ħadu sehem xejn inqas minn 80 atleta kemm irġiel kif ukoll nisa. Fil-kategorija tal-irġiel fl-ewwel post ikklassifika Ronald Camilleri, segwit minn Ryan Farrugia u Stephen Cassar.
Fil-kategorija tan-nisa kklassifikat fl-ewwel post Cherylie Farrugia, b’Elaine D’Amato fit-tieni post u Elaine Aquilina fit-tielet post.
Dan l-avveniment kien organizzat taħt il-kappa tal-ACES Malta.