Illum jivvutaw f’Belarus għall-elezzjoni Presidenzjali, b’ Alexander Lukashenko, antiċipat li jerġa jkun il-President tal-Belarus.
Il-President Lukashenko ilu għal dawn l-aħħar tliet diċenji jservi b’sistema awtoritarja, u jiddiskrivi lilu nnifsu bħala l-uniku u l-aħħar dittatur fl-Ewropa.
Fuq il-polza tal-vot, hemm ukoll erba’ kandidati oħra iżda b’appoġġ totali lejn it-tmexxija u l-Presidenza tiegħu. Lura fl-2020, fl-aħħar elezzjoni, inqlgħu protesti kbar hekk kif kien hemm ammont ta’ nies kienu kontra l-Gvern tiegħu.
Sal-lum, uħud mill-protestanti għadhom jiskontaw sentenza l-ħabs.
L-Istati Uniti u L-Ewropa sejħu din l-elezzjoni bħala waħda falza għax is-sistema politika li jmexxi biha Lukashenko, hija dik dittatorjali. Min-naħa l-oħra l-President tal-Belarus jgħid li ma jinteressah assolutament xejn xi tgħid l-Istati Uniti u lanqas l-Ewropa fuq it-tmexxija tiegħu, anke jekk ma jqisuhx bħala President leġittimu.