L-awtopsja fuq il-katavru ta’ Michael Meilak ikkonkludiet li miet wara li waqa’. Rapporti qalu li l-awtopsja saret dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Meilak, ta’ 60 sena mir-Rabat, Għawdex, instab mejjet f’għalqa t-Tnejn li għadda, fl-Għasri. Dawn ir-rapporti qalu wkoll li mill-awtopsja rriżulta li l-inċident fatali seħħ il-Ħadd filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-awtopsja ġie konkluż ukoll li l-ġrieħi li kellu f’rasu ma kinux kompatibbli ma’ swat.