Għall-ewwel darba fid-dinja ser ikun iffirmat pjan ta’ azzjoni għas-sajd artiġġjanali fil-baħar mediterran u l-baħar l-iswed.
Dan ser ikun possibbli permezz ta’ konferenza tal-ogħla livell dwar is-sajd sostenibbli fuq skala iżgħar fil-Mediterran u l-Baħar Iswed li qed tittellgħa din il-ġimgħa f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Għal din il-konferenza b’kollox hawn madwar 300 parteċipant mill-qasam marittimu li huma ġejjin minn pajjiżi Ewropej li jifformaw parti mill-Mediterran kif ukoll minn dawk li jistadu fil-baħar l-Iswed fosthom mill-Bulgarija, il-Montenegro kif ukoll it-Turkija.
ONE NEWS tkellem ma’ Dr Andreina Fenech Farrugia, id-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd u l-Akwakultura fejn spjegat kif għall-ewwel pajjiżi miż-żewġ reġjuni rrikonoxxew il-fatt li jiġi ssalvagwardjat is-sajd minn sajjieda żgħar.
“Kien għall-ewwel darba li l-pajjiżi kollha li jistadu hemm ingħaqdu flimkien, irrikonoxxew li hemm problema u rrikonoxxew il-fatt li s-sajd artiġjanali huwa ta’ importanza kbira u hemm bżonn nisslvagwardjawh. Dawn ingħaqdu flimkien, żviluppaw pjan ta’ azzjoni biex jassiguraw is-sosttenibbilta ta’ dan is-settur għal din il-generazzjoni u għan-nies”.
Tkellimna ma’ Demetres Karavellas, il-Kap Eżekuttiv ta’ World Wide Fund for Nature fejn qal li b’din l-inizjattiva, ser jinħoloq qafas sabiex tinstab soluzzjoni bil-għan li ttejjeb ħajjet in-nies u l-ambjent tal-madwar:
“It’s about creating an framework that can allow an effort to look for solutions and scale those solutions up. The fisheries crisis in the Mediterranean is not just having an impact in the enviroment but also people’s lives”.