Ir-rebħ tat-trofew tar-Rolex Middle Sea Race huwa l-premju aħħari tat-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku. Din is-sena, is-sistema ta’ temp kumpless u li kien qed jinbidel ħafna kien jeħtieġ kemm passjoni kif ukoll preċiżjoni għall-jottijiet eliġibbli għat-trofew. Il-Ħamis saret il-preżentazzjoni uffiċjali lir-rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena.
L-esibizzjoni ta’ passjoni u preċiżjoni mill-jott franċiz ta’ Eric de Turckheim ‘Teasing Machine’ ratu jiġi ddikjarat rebbieħ tat-43 Rolex Middle Sea Race organizzata mir-Royal Malta Yacht Club.
De Turckheim ħa sehem fis-seba’ Rolex Middle Sea Race tiegħu. Teasing Machine huwa r-raba’ jott Franċiż li rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race wara l-passi ta’ Antares (1981), Spirit of Ad Hoc (2008) u Courrier Recommandé (2018).
Intant l-ewwel jott Malti Artie III ta’ Lee Satariano mistenni iktar tard illejla. Artie III jinsab xi 37 mil nawtiku l-barra mill-fliegu ta’ Kemmuna.