Skont it-tradizzjoni, l-att tal-għeluq tar-Rolex Middle Sea Race ta’ din is-sena kien l-għoti tal-premjijiet li sar fid-Dar Tal-Mediterran Għall-Konferenzi.
L-edizzjoni tal-2023 tat-tellieqa ta’ 600 mil nawtiku barra mix-xtut li hija l-aktar impenjattiva u rinomata tal-Mediterran se tibqa’ mfakkra għat-taħlita ta’ kundizzjonijiet u emozzjonijiet esperjenzati mill-flotta internazzjonali. Jott Maxi b’saħħtu jibqa’ mfakkar għal suċċess mhux mistenni, filwaqt li wieħed mill-iżgħar dgħajjes se jiġi mfakkar għal prestazzjoni li-żamm lil kullħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar. Ir-Rebbieħ ġenerali, l-jott ta’93 pied Bullitt, u dak fit-tieni post, il-jott ta’ 33 pied Red Ruby, li kien qed jtellaq fil-kategorija double handed, kellhom distakk ta’24 sekonda biss fil-ħin ikkoreġut. Dan ir-riżultat ser jgħaqqadhom flimkien fil-leġġenda li hi r-Rolex Middle Sea Race. .
L-istejjer ta’ suċċess prinċipali tar-Rolex Middle Sea Race tal-2023:
Bullitt – Rebbieħ Ġenerali taħt l-IRC
Limosa – Rebbieħ tal-Line Honours (Multihull)
Leopard 3 – Rebbieħ tal-Line Honours (Monohull)
Red Ruby – Rebbieħ tal-Klassi Double Handed taħt IRC u Rebbieħ tal-Kategorija ORC
Waqt il-preżentazzjoni, David Cremona Commodore tar-Royal Malta Yacht Club irrikonoxxa d-diversità tal-flotta, il-firxa ta’ daqsijiet ta’ jottijiet, it-talent u l-esperjenza differenti fi ħdan l-ekwipaġġi, u r-rappreżentanza globali tagħha. Huwa ta ġieħ lil kull min ħa sehem: “Ir-Rolex Middle Sea Race hija aktar minn sempliċi kompetizzjoni; hija xhieda tal-ispirtu uman għall-avventura, imħabba dejjiema tal-baħar u l-opportunità li wieħed jipprova l-ħila tiegħu kontra l-elementi.”
Cremona rrefera wkoll għall-battalja għar-rebħa ġenerali: “Il-kundizzjonijiet ta’ din is-sena żammewna nistennew sa tard fil-ġimgħa. Ir-Rolex Middle Sea Race Trophy inżamm fil-bilanċ għal perjodu twil u ta’ tensjoni. L-ekwipaġġ ta’ Bullitt kienu inkredibbli dwar ir-rebħa b’distakk daqshekk żgħir, 24 sekonda biss. Filwaqt li għal Red Ruby ir-riżultat aħħari kien agonizzanti, iżda mimli unur u pożittività.”
Minbarra l-ekwipaġġi parteċipanti, għall-okkażjoni attendew diversi mistednin distinti, b’mod partikolari l-Ambaxxatur Franċiża s-Sinjura Agnès von der Mühll, l-Ambaxxatur Taljan Fabrizio Romano, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President ta’ Malta George Vella, li stqarr li “Ir-Rolex Middle Sea Race ġġib f’Malta l-aqwa talent tal-baħar minn madwar id-dinja u hija wkoll opportunità kbira biex jintwera l-wirt marittimu vast u għani ta’ Malta. Waħda mill-karatteristiċi li tispikka għalija, bħala l-aktar attribut notevoli ta’ dan l-avveniment, hija d-dimensjoni multikulturali qawwija tiegħu. Madwar 25 nazzjon ipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena, b’jottijiet mill-bogħod daqs l-Istati Uniti u l-Awstralja. Huwa tabilħaqq ta’ sodisfazzjon kbir li tara tant nazzjonalitajiet miġbura hawn, bi sfondi u lingwi diversi, li jaqsmu għan komuni, u passjoni komuni għall-istess sport.”
Ir-Royal Malta Yacht Club ippreżenta ċekk ta’ €5,000 lejn il-Malta Community Chest Fund Foundation, li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-kura tal-individwi fis-soċjetà mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni.
L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa, Stefan Kunstmann ta ġieħ lix-xogħol tal-voluntiera tar-Royal Malta Yacht Club u rringrazzja lill-kompetituri għall-kontribut tagħhom għal edizzjoni ta’ suċċess kbir tat-tellieqa.
Il-45 Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru 2024.
IRC Overall u rebbieħ Rolex Middle Sea Race Trophy
Bullitt, Andrea Recordati, ITA
Rebbieħa tal-Klassi IRC
IRC 1 – -ullitt, Andrea Recordati, ITA
IRC 2 Caro, Max Klink SUI
IRC 3 – Daguet 3, Frédéric Puzin, FRA
IRC 4 – Elusive 2, Aaron, Christoph & Maya Podesta, MLT
IRC 5 – Karpo, Maks Vrecko, SLO
IRC 6 – Red Ruby, Christina & Justin Wolfe, l-Istati Uniti
Monohull Line Honors u rebbieħ RLR Trophy
Leopard 3, Chris Sherlock, MON
Multihull Line Honors u rebbieħ tal-Malta Tourism Authority Trophy (L-Ewwel Jott Barranija)
Limosa, Alexia Barrier, FRA
MOCRA Overall u rebbieħ Captain Morgan Trophy
Limosa, Alexia Barrier, FRA
Kategorija ORC Overall & rebbieħ Boccale del Mediterraneo Trophy
Red Ruby, Christina & Justin Wolfe, l-Istati Uniti
Rebbieħa tal-Klassi ORC
ORC 2 Chocolat 3, François Bopp, SUI
ORC 3 Daguet 3, Frédéric Puzin, FRA
ORC 4 Bewild, Renzo Grottesi, ITA
ORC 5 Inteman (Barakah), Daniel Martín Miguel
ORC 6 Red Ruby, Christina & Justin Wolfe, l-Istati Uniti
Rebbieħ tat-Transport Malta Trophy – L-Ewwel Jott bi skipper Malti u ekwipaġġ maġġoranza Malti
Artie III, Lee Satariano & Christian Ripard, MLT
L-Ewwel Jott Maltija taħt l-IRC & ir-rebbieħ Arthur Podesta Trophy
L-Ewwel Jott Maltija taħt l-ORC & ir-rebbieħ Teddie Borg Trophy
Calypso, Sebastian Ripard u Sam Pizzutto, MLT
Yachting Malta Nations Cup (Pajjiż bl-aħjar tliet ħinijiet IRC ikkoreġut)
L-Italja – Bullitt, Loli Fast & Diavolina
Trophy tal-Ambaxxatur Taljan għall-Att Sportiv
Munjek RS, Dusko Tomic, CRO
L-ewwel jott Taljana taħt l-ORC u rebbieħa Federazione Italian Vela Trophy
Ultravox Seares, Leonardo Fonti, ITA
99 minn 110 dgħajsa temmew it-tellieqa fil-fatt, 11 irtiraw.