Il-passat u l-preżent ta’ Malta ngħaqdu llum fl-għoti tal-premjijiet tar-Rolex Middle Sea Race li nżammet, kif issa hija tradizzjoni, fis-Sacra Infermeria, il-Belt.
L-edizzjoni ta’ din is-sena, it-43 edizzjoni fl-istorja twila tat-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku, se tibqa’ mfakkra għal riħ ħafif, determinazzjoni qawwija u xbihat notevoli mill-korsa. It-tellieqa ta’ din is-sena kienet tant dijametrikament opposta għas-sena l-oħra, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li ż-żewġ tlielaq saru fuq l-istess korsa fl-istess żmien tas-sena.
L-istejjer prinċipali ta’ suċċess ġew rikonoxxuti fl-għoti tal-premjijiet kienu jinkludu:
Teasing Machine – rebbieħ ġenerali taħt l-IRC u rebbieħ tar-Rolex Middle Sea Race Trophy
Mana –rebbieħ tal-mulithull line honours u tal-Captain Morgan Trophy għar-rebħa taħt il-klassi MOCRA
Leopard 3 – rebbieħ tal-monohull line honours u tal-RLR Trophy
Wild Joe – Rebbieħ tal-Kategorija ORC u rebbieħ tat-trofew Boccale del Mediterraneo.
David Cremona, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club ta ġieħ lill-ekwipaġġi kollha li ħadu sehem, filwaqt li rriżerva aċċenn speċjali għar-rebbieħ ġenerali, l-NMYD 54 Teasing Machine ta’ Eric de Turckheim minn Franza, iżda wkoll il-ftit dgħajjes li kienu għad iridu jispiċċaw it-tellieqa.
Cremona rringrazzja wkoll lill-voluntiera tal-klabb li jiffurmaw il-Kumitat tat-Tlielaq u l-istaff permanenti żgħir tiegħu għas-sigħat ta’ xogħol tagħhom fit-tħejjija għat-tellieqa. Huwa semma l-apprezzament għar-relazzjoni ta’ 20 sena tiegħu mal-isponsor Rolex, kif ukoll l-appoġġ ta’ sħab oħra tat-tiġrijiet, bħal Yachting Malta u r-Royal Ocean Racing Club, u korpi governattivi, bħall-Awtorita tat-Turiżmu għall-kontribuzzjonijiet importanti tagħhom.
Minbarra l-ekwipaġġim attendew diversi mistednin distinti, b’mod partikolari l-Ambaxxatur Taljan, Fabrizio Romano, u l-President ta’ Malta, George Vella li taw indirizz qasir. “Dan il-bini storiku jipprovdi l-aktar post xieraq għal din iċ-ċerimonja bil-konnessjoni tiegħu mal-Kavallieri tal-baħar ta’ San Ġwann,” qal il-President Vella. “Kif li ġibdet l-aqwa talent tal-ibburjdar lejn pajjiżna, ir-Rolex Middle Sea Race waslet biex tissimbolizza l-istorja marittima ta’ Malta. Kull sena terġa’ tagħti l-ħajja lill-kobor storiku tal-gżira.” Il-Kap tal-Istat irrefera wkoll għall-appell globali tat-tellieqa. “Wieħed mill-aktar elementi impressjonanti tat-tellieqa mill-bidu tagħha fl-1968 huwa l-aspett multikulturali u multi-nazzjonali tagħha,” qal. “Tant sfondi u lingwi differenti li jaqsmu mħabba komuni għall-isport tal-ibburdjar”
L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa, Stefan Kunstmann, ħa mument ukoll biex isaħħaħ ir-ringrazzjament għall-voluntiera u l-istaff u biex jifraħ lill-kompetituri. “Nammira lil kull wieħed u waħda minnkom – dawk li spiċċaw, li rtiraw u dawk li għadhom qedin itellqu – , għall-isportivita, l-paċenzja, r-rispett lejn in-natura u d-determinazzjoni li wrejtu. Dawn il-kwalitajiet huma parti mill-isport tagħna daqs il-ħila tal-ibburdjar.”
L-44 Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2023.
Rebbieħa – Rolex Middle Sea Race
IRC Overall & winner Rolex Middle Sea Race Trophy
Teasing Machine, Eric de Turckheim, FRA
IRC Class Winners
IRC 1 Spirit of Lorina, Jean-Pierre Barjon, FRA
IRC 2 Teasing Machine, Eric de Turckheim FRA
IRC 3 Ino XXX, James Neville, GBR
IRC 4 Albator, Philippe Frantz, FRA
IRC 5 Tevere Remo Mon Ile, Gianrocco Catalano, ITA
Monohull Line Honours & winner RLR Trophy
Leopard 3, Chris Sherlock, NED
Multihull Line Honours & Malta Tourism Authority Trophy (First Foreign Boat)
Mana, Riccardo Pavoncelli, ITA
MOCRA Overall & Captain Morgan Trophy
Mana, Riccardo Pavoncelli, ITA
ORC Category Overall & winner Boccale del Mediterraneo Trophy
Wild Joe, Marton Jozsa, HUN
ORC Class Winners
ORC 1 Wild Joe, Marton Jozsa, HUN
ORC 2 Daguet 3 – Corum, Frederic Puzin, FRA
ORC 3 Freya, Conor Doyle. IRL
ORC 4 Tevere Remo Mon Ile, Gianrocco Catalano, ITA
First Boat with Maltese skipper & majority Maltese crew -Transport Malta Trophy
First Maltese Boat under IRC & Arthur Podesta Trophy
First Maltese Boat under ORC & Teddie Borg Trophy
Artie III, Lee Satariano & Christian Ripard, MLT
Yachting Malta Nations Cup (Country with three best corrected times)
France – Teasing Machine, Spirit of Lorina & Arobas 2
Italian Ambassador’s Trophy for Sportsmanship
Arobas2, Gerard Logel, FRA
First Italian boat under ORC & winner Federazione Italian Vela Trophy
Tevere Remo Mon Ile, Gianrocco Catalano, ITA