75 kontestanti b’kollox ħadu sehem f’żewġ serati apposta għall-konkors Christmas Models of Malta 2019, konkors organizzat minn Ivan Gaffiero.
Diversi etajiet diverenti ħadu sehem, minn tfal żgħar sa l-akbar waħda li għandha 62 sena.
Nhar il-Ħadd sar il-finali fejn Salaya Agius mill-Furjana ħadet Miss Teen Christmas, Donna Micallef minn Birkikara ħadet Miss Christmas, Michelle Vella omm ta’ ħamsa ħadet Mrs Christmas filwaqt li Josef Grixti minn Santa Venera ħa Mister Christmas. Philis Azzopardi i Bonnano ħadet the grandma Christmas Model nanna li għandha 62 sena.
Dawk li huma tfal Chrizaya Attard u Rebecca Chircop ħadu il-Little / Junior Miss Christmas u Medision Col ħa Junior Mister Christmas.
Fil-konkors ħadu sehem erba’ mudelli bid-down syndrome fejn għalihom kienet esperjenza mill-isbaħ u żewg mudelli mill-special Olympics.
Waqt il-konkors kien hemm diversi sorpriżi gall-diversi nies li jinsabu f’mumenti diffiċli.