F’ċerimonja fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan saret il-beatifikazzjoni ta’ Papa Ġwanni Pawlu I.
Il-Papa Ġwanni Pawlu I kien Papa għal tlieta u tletin jum, bejn Awwissu u Settembru tal-1978.
Magħruf bħala l-Papa ferrieħi, issa Papa Ġwanni Pawlu I jinsab pass eqreb biex isir qaddis.
Din iċ-ċerimonja saret il-Ħadd f’nofsinhar u tmexxiet mill-Papa Franġisku.
F’din iċ-ċerimonja, il-Papa Franġisku qal li l-predeċessur tiegħu kien jikkomunika l-messaġġ ta’ Alla permezz tad-daħka tiegħu.
Fil-messaġġ tiegħu tal-Ħadd, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal kemm huwa sabiħ li l-Knisja twassal il-messaġġ b’wiċċ ferħan u seren.
Il-Papa Ġwanni Pawlu I, li ismu propja kien Albino Luciani, twieled f’familja fqira twieled fl-1912.
Ġie ordnat qassis fl-1935 u sar isqof fl-1958. Imbagħad fl-1973, huwa sar kardinal.
Ġie elett bħala s-suċċessur ta’ Pietru fis-26 t’Awwissu tal-1978 u nstab mejjet fid-29 ta’ Settembru kmieni filgħodu.
Jingħad li żewġ sorijiet marru jtuh il-kafe, iżda sabuh bla ħajja fis-sodda tiegħu.
It-tobba kienu qalu li l-Papa kien miet wara attakk tal-qalb u s-servjenti kienu qalu l-ġurnata qabel il-Papa kien qal li għandu uġigħ f’sidru, iżda ma kkonsultax ma’ tabib.
Il-Papa Ġwanni Pawlu I huwa attribwit ma’ miraklu ta’ tifla ta’ ħdax-il sena mill-Arġentina, li kellha kundizzjoni f’moħħha.
It-tieni miraklu għadu jrid jiġi vverfikat biex il-Papa Ġwanni Pawlu I jkun jista’ jiġi ddikkjarat qaddis.