Ilbieraħ filgħaxija, fil-Padiljun Sportiv tal-Kottonera saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob nazzjonali tas-Special Olympics.
F’dawn il-logħob qed jikkompetu kważi 800 atleta, kemm lokali u anki internazzjonali.
Bit-tema ‘The Champion Within Us’, dawn il-logħob infetħu fil-preżenza tal-President ta’ Special Olympics Malta, Dr Lydia Abela.
Kien hemm preżenti wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru responsabbli mill-Isport Clifton Grima u l-Ministru responsabbli mill-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli.
Dawn il-logħob se jibqgħu għaddejjin sa nhar il-Ħadd li ġej.