Ġie ssiġillat l-aħħar mill-ħames ftehimiet kollettivi li ġew innegozjati mal-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru. Wara negozjati fit-tul, fil-preżenza ta’ numru ta’ bdoti tal-Air Malta, ġie ffirmat il-ftehim mal-piloti biex issa l-Air Malta tista’ tħares ‘il quddiem biex jiġi attwat dak miftiehem.
Il-Kaptan James Fenech, il-President tal-ALPA, esprima s-sens ta’ sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li ntlaħaq ftehim li kkuntenta lil kulħadd.
Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li bil-ftehim tal-lum, l-Air Malta qed tingħata l-għodda meħtieġa biex tiffoka fuq it-tkabbir.