Fil-jum tal-Ħamis, uffiċjali tal-Pitkalija nnotaw pitkal fejn allegatament kien qed jinnegozja prodotti importati fil-Pitkalija.
L-uffiċjali tal-Pitkalija fil-preżenza tal-awtoritajiet konċernati ssekwestraw dawn il-prodotti u bdew l-investigazzjonijiet neċessarji.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali sostna li huwa impenjat bi sħiħ sabiex jieħu kull azzjoni meħtieġa kontra prattiċi abbużivi li huma intiżi li jqarqu bil-konsumatur u jservu ta’ detriment għall-prodott lokali tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.