Id-dar tal-leġġenda tal-futbol Taljan Paolo Rossi sfat misruqa fl-istess ħin tal-funeral tiegħu li kien qed iseħħ f’Vicenza.
Rossi li kien wassal lit-tim Taljan għat-tazza tad-Dinja tal-1982 miet nhar il-Ħamis li għadda fl-età ta’ 64 sena.
Rapporti fil-ġurnal Taljan semmew kif il-mara tiegħu Federica Cappelletti wara l-funeral irritornat lura d-dar sabet id-dar maqluba ta’ taħt fuq u diversi affarijiet ta’ valur sentimentali misruqa fosthom ġojjelerija u flus kontanti.