Fis-sena 2008 Christine Weber Bouldin kienet stazzjonata fuq xogħol l-Afgħanistan, meta qattusa ċkejkna u speċjali sabet mod kif tidħol f’ħajjitha.
Lin-nies Christine kienet tgħidilhom “Qatt ma kont rajt qattusa bħalha. Vera ħassejt dieqa kbira għaliha. La setgħet timxi sew u lanqas tpoġġi. Bdiet tinqeleb kull pass li tagħmel.”
Wara diversi testijiet ir-riżultat wera li l-qattusa gustuża kellha kundizzjoni bl-isem ta’ Cerebellar Hypoplasia, kundizzjoni li ma tipprogressax iżda li taffettwa l-mod ta’ kif wieħed jiċċaqlaq.
Bouldin semmiet lil qattusa Felix u tant saret tħobbha li ddeċidiet li tagħmel dak kollu fil-ħila tagħha biex toħodha magħha d-dar.
Għalkemm kellha tħallas flejjes kbar biex iġġib lill-qattusa magħha lura d-dar, Bouldin qalet li dan ma kienx importanti għaliha iżda l-importanti kienet il-konnessjoni li kellha ma’ din il-qattusa.
Illum il-ġurnata l-qattusa għadha tgħix ma’ Bouldin, mar-raġel tagħha u qattus ieħor bl-isem ta’ Gus f’Lakewood, Colorado.
Bouldin sostniet li Felix kienet ta’ għajnuna kbira meta kellha bżonn lil xi ħadd u qalet li hi temmen li din il-qattusa hi “anġlu mibgħuta għandi mingħand Alla.”