Waqt żjara fil-Korporazzjoni Enemalta, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li hu jinsab hemm flimkien mal-ħaddiema biex jiċċelebraw il-post tax-xogħol tagħhom fejn issa qed jaħdmu b’serħan il-moħħ u fejn jistgħu jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Il-Prim Ministru qal ukoll li din hi ċelebrazzjoni ukoll għall-kumpanija fejn minn mażra spiċċat mutur tal-ekonomija.
Muscat qal li r-rapport tal-bieraħ ta’ Standards & Poor juri kif l-iżviluppi li qed nagħmlu flimkien huma żviluppi neċessarju għall-ekonomija Maltija. Hu qal li kien hemm bżonn ta’ powerstation ġdida, u li l-interconnector hu importanti iżda mhux biżżejjed.
Il-Prim Ministru qal li mir-rapport ġie identifikat periklu wieħed maġġuri għall-Enemalta, fejn jekk ikun hemm xi ħadd li jilgħab bis-sistema li inkisbet flimkien.
Temm billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha u ħeġġiġhom għal aktar ħidma fis-snin li ġejjin.
Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru Konrad Mizzi fejn qal li l-Enemalta trasformat ruħha, bi tnaqqis fit-tariffi, fejn bis-saħħa ta’ din it-trasformazzjoni bbenefikaw il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Il-Ministru temm billi feraħ lit-tim tax-xogħol li huma qed iwettqu flimkien.