Żgur mhux forsi li xi darba jew oħra gergirt dwar il-pil li jħalli l-qattus fuq is-sodda jew forsi fuq is-sufan tal-kamra tas-salott.
Kumpanija Ġappuniża, Okawa Kagu ħolqot kollezzjoni tal-għamara mmirata għall-qtates, fejn qed jitqies bħala rigal perfett biex tfissed lill-qattus tiegħek.
L-għan wara dak il-proġett hu li jqajjmu għarfien dwar Fukouka, żona fil-Ġappun fejn hemm professjonijist jispeċjalizzaw f’xogħol tal-idejn tradizzjoni. Fiż-żona wieħed jista’ jsib madwar 150 fabbrika tal-għamara, fejn hi waħda mill-kapitali tal-Ġappun ta’ din l-industrija.
L-għamara li qed joħolqu tal-qtates għandha dehra eżatt bħal tal-umani, bid-differenza li huma magħmulin fiċ-ċokon. Il-prezzijiet tal-għamar mhumiex mniżżlin iżda jekk wieħed ikun interessat li jixtri xi sodda jew sufan għall-qattus tiegħu, jista’ jikkuntattja lill-kumpanija.