Issa tista’ tbiddel messaġġ fuq il-pjattaforma soċjali ta’ WhatsApp, sa kwarta wara li dan ikun intbagħat.
Dan tħabbar minn Mark Zuckerberg, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li tieħu ħsieb din il-pjattaforma soċjali, Meta.
Dan qed isir wara aġġornament li seħħ ftit ilu fuq din il-pjattaforma soċjali.
Biex tagħmel dan, wieħed irid jagħfas fuq il-messaġġ u wara tagħfas ‘Edit’ mill-menu.
Wieħed se jara li l-messaġġ inbidel, iżda mhu se jara l-ebda korrezzjoni li tkun saret u mhux se jara l-messaġġ oriġinali.