Issa se tkun tista’ tixtri biljett ta’ titjira tal-Air Malta bi prezzijiet orħos dan wara li l-kumpanija tal-ajru ħabbret roħs sostanzjali fit-titjiriet biex tkun tista’ tikkompeti ma’ linji tal-ajru low-cost.
Dan bħala parti mill-proġett ‘Go Light’, servizz li permezz tiegħu persuna tista’ ssiefer b’€39 jekk jagħżel li jieħu miegħu biss l-hand luggage.
Servizz li diġà kien ġie provat fis-suq u ħalla l-frott mixtieq hekk kif f’ġimgħa waħda nbiegħu madwar 25,000 biljett.
L-Air Malta se tkun qed toffri ukoll servizz ġdid minn Jannar li se jkun qed joffri għażla akbar tal-ikel abbord it-titjira.
Tħabbar ukoll li l-operat tal-ground handling se jitmexxa minn kumpanija tal-Gvern separata.