L-eks Ministru Jason Azzopardi, li llum kien xhud quddiem il-kumitat għall-kontijiet pubbliċi dwar il-ftehim skandaluż fuq art fi Spinola, daħal għas-smigħ b’mod mill-iktar konfrontattiv tant li għax id-deputat Laburista Robert Abela beda jinsisti li jimxi mal-linji gwida, beda jgħid “Issa nara.”
Dr Abela beda jinsisti li Jason Azzopardi kellu l-ewwel iwieġeb għall-mistoqsijiet u jekk ried li l-laqgħa tibda bi stqarrija tiegħu kellu jibgħatha qabel.
Abela insista li l-istqarrja ta’ Azzopardi kellha tinqara mill-membri tal-kumitat u eventwalment isiru domandi dwarha.
Għal ħafna ħin b’id waħda mitfugħa fuq is-siġġu b’attitudni ta’ arja, Azzopardi insista li ma kienx se jwieġeb id-domandi jekk l-ewwel ma jaqrax l-istqarrija.
Intant wara li d-deputat Nazzjonalista qara l-istqarrija, sarulu numru ta’ domandi dwar kif meta hu kien Ministru tal-artijiet sar il-bejgħ tal-art ta’ Spinola li l-poplu daħħal biss ħamsa u tletin ewro filwaqt li s-sidien tal-art jistgħu jiġġeneraw għaxar miljuni.
Fost tlaqliq u tidwir mal-lewża, fosthom għal numru ta’ domandi wieġeb li ma jiftakarx, Jason Azzopardi ammetta li dan kien każ mimli eċċezzjonijiet.