Wara li l-Ħadd qal li ma jridx “flus maħmuġin” u tad-db Group jistgħu jieħdu l-flus li tawh lura issa Simon Busuttil innifsu li kkonferma li mhu se jħallas xejn lura.
F’intervista mat-Times of Malta, Busuttil qal li tkellem f’rabja iżda mbagħad reġa’ darlu.
“Meta ddiskutejna l-kwistjoni internament u rriflettejna dwarha staqsejna lilna nnifisna jekk għandniex nirritornaw lura xi ħaġa li hija legali,” qal Simon Busuttil, li bħala parti mill-iskema pagi PN kellu l-kumpanija tal-Partit tiegħu toħroġ invoices foloz.
Żied li jekk jagħtiha lura jkun qed jagħti l-messaġġ li għamel xi ħaġa ħażina u żied li hu u l-Partit Nazzjonalista lesti jiġġieldu l-każ quddiem il-Kummissjoni Elettorali. Saħanistra Simon Busuttil qal li dan saħħaħ l-immaġini tiegħu ta’ xi ħadd favur governanza tajba. Fuq kollox Busuttil mar lura minn kelmtu f’inqas minn sebat ijiem.