F’Lulju l-persuni jirreġistraw għax-xogħol niżlu għal 3,360. Dan meta mqabbel ma’ 5,062 f’Lulju tas-sena l-oħra, xahar fejn diġa’ kien hemm tnaqqis sostanzjali meta mqabbel ma’ l-istess xahar fis-sena ta’ qabel (l-2014).
B’kollox kien hemm tnaqqis ta’ 1,702 persuni. Biex wara li ntlaħqet il-mira li l-qgħad jinżel taħt l-4,000 issa qed joqrob lejn it-3,000.