Elenia Briffa hija l-pustiera li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident fil-Marsa.
Fuq il-midja soċjali l-ħabiba tagħha, Maria Scerri ddeskriviet din il-ġurnata bħala l-agħar waħda għaliex tilfet anġlu sabiħ. Hija wegħditha li postha f’qalbha mhu ħa jeħodulha ħadd.
Hija saħqet li minkejja li għaddew mit-tlajja’ u nżul xorta baqgħet tħobbha iżda issa taf li qiegħda tieħu ħsiebha mill-ġenna.
Intant, fi stqarrija l-MaltaPost esprimiet is-sogħba tagħha għal din il-mewta traġika u tat il-kondoljanzi tagħha lil familjari u l-qraba ta’ Elenia.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/07/aggornat-pustiera-ta-19-il-sena-tmut-wara-li-waqghet-minn-fuq-vettura/