Bħalissa delegazzjoni magħmula minn membri parlamentari Ewropej qed jiltaqgħu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministri Edward Scicluna u Owen Bonnici dwar is-saltna tad-dritt.
Id-delegazzjoni ta’ membri parlamentari Ewropej tinsab għall-ewwel darba f’Malta mindu ħareġ ir-riżultat tal-inkjesta Egrant. Hawn hekk id-Deputat Prim Ministru sostna li issa nistgħu nitkellmu bil-fatti f’idejna u nuru biċ-ċar li l-allegazzjoni Egrant kienet gidba mill-bidu sal-aħħar.
Chris Fearne spjega li bħala Gvern dejjem tkellem bil-fatti f’idejh.
Dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, id-Deputat Prim Ministru saħaq dwar ix-xokk li l-pajjiż għadda minnu hekk kif ħarġet l-aħbar.
Huwa fakkar li fi żmien qasir tressqu n-nies mixlija bil-qtil tagħha.
Intant din id-delegazzjoni tinkludi fiha lil Ewro-Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola.